Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, talab għal laqgħa personali mal-President taċ-Ċina Xi Jinping biex jiddiskutu l-kriżi politika li qed taħkem lil Hong Kong. Fi tweet, Trump qal li hu ma kellu ebda dubju li Xi jista’ jsolvi din il-problema b’mod uman.
Hu qal ukoll li l-protesti qed isiru minħabba l-qbil li sar bejn l-Amerika u Beijing dwar il-kummerċ.
Ritratt: Reuters