L-eks President Amerikan Donlad Trump jitħalla lura fuq Twitter wara li s-sid il-ġdid ta’ din il-midja soċjali, Elon Musk, attiva l-kont ta’ Trump wara li wettaq stħarriġ jekk l-eks President Amerikan għandux jitħalla lura fuq Twitter.
Musk qal li kważi 52 fil-mija tan-nies, li jammontaw għall-aktar minn 15-il miljun persuna vvutaw biex titneħħa l-projbizzjoni fuq Trump.
Minkejja dan, Trump qal li ma jara l-ebda raġuni għala għandu jerġa’ jibda juża’ dan il-mezz soċjali.
Il-kont tiegħu kien ġie sospiż fl-2021 minħabba riskju li jinċita l-vjolenza. Is-sospensjoni kienet saret ftit wara l-irvellijiet minn partitarji ta’ Trump f’Capitol Hill f’Jannar tas-sena l-oħra.
Ritratt: AFP