Donald Trump instab ħati tal-erbgħa u tletin akkuża li ġie mixli bihom dwar l-iffalsifikar ta’ dokumenti ta’ negozju, f’ġuri kriminali storiku fi New York.
Din hija l-ewwel darba li eks President Amerikan instab ħati ta’ reat.
Huwa mistenni jingħata s-sentenza fil-ħdax ta’ Lulju.
L-eks President jista’ jaffaċċja sentenza ta’ ħabs, iżda esperti legali qed jgħidu li x’aktarx jingħata multa.
Trump sejjaħ il-verdett bħala ‘għarukaża’ u attakka lill-Imħallef li ppreseda l-każ.
Dan il-verdett ingħata waqt li Trump għaddej b’kampanja bit-tama li jirbaħ lil Joe Biden fl-elezzjoni ta’ Novembru.
Il-Qorti semgħet ix-xhieda ta’ tnejn u għoxrin persuna fl-aħħar sitt ġimgħat.