Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump hedded li jwaqqaf l-għajnuna finanzjarja lill-pajjiżi li jappoġġjaw resoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda li topponi r-rikonoxximent ta’ Ġerusalem bħala kapitali ta’ Iżrael.
Dan wara li aktar kmieni dan ix-xahar, Trump ħa dan il-pass fost kritika internazzjonali.
Huwa qal li dawn il-pajjiżi qed jieħdu miljuni u biljuni ta’ dollari mbagħad jivvuttaw kontrihom. Dawn il-kummenti ta’ Trump waslu qabel ma jittieħed il-vot tal-assemblea ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar dan.