Donald Trump qal li qed jistenna li jiġi arrestat t-Tlieta li ġej fejn ħeġġeġ lis-segwaċi tiegħu biex jipprotestaw bil-kbir.
Minkejja dan, l-avukati tiegħu qalu li s’issa ma kien hemm ebda komunikazzjoni mal-awtoritajiet u li l-eks President Amerikan u dak li kiteb kien ibbażat fuq dak li ntqal fil-midja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-prosekuturi għaddejjin b’investigazzjoni fuq Trump fejn rapporti qalu li jaf jiġi arrestat il-ġimgħa li ġejja.
Dan b’rabta ma’ każ li jinvolvi lill-avukat ta’ Trump fejn qed ikun allegat li ta flus lill-pornstar Stormy Daniels biex ma titkellimx.