Il-President Amerikan Donald Trump qed jaffaċċja kritika mill-professjonisti mediċi fil-pajjiż wara li f’konferenza tal-aħbarijiet fl-aħħar sigħat issuġġerixxa riċerka biex tiddetermina jekk kura għall-COVID-19 jistax ikun xi forma ta’ diżinfettant li jitpoġġa fil-ġisem.
L-Aġenziji tas-Saħħa Pubblika fl-Istati Uniti attakkaw dan is-suġġeriment u kontinwament qed iħeġġu kontra l-użu tad-diżinfettanti bħala mediċini. Kellhom ukoll l-istess reazzjoni għal trattamenti tal-COVID-19 bl-użu tar-raġġi.