Il-President Elett tal-Istati Uniti Donald Trump iddikjara li se jimponi tariffi ġodda fuq iċ-Ċina, Messiku u l-Kanada fl-ewwel jum tal-Presidenza tiegħu fi sforz biex inaffar l-imigrazzjoni llegali u l-kuntrabandu tad-drogi fl-Istati Uniti.
Huwa sostna li hekk kif tispiċċa l-inawgurazzjoni nhar l-20 ta’ Jannar kien se jiffirma ordni eżekuttiva li timponi tariffa ta’ 25% fuq l-oġġetti kollha impurtati mill-Messiku u l-Kanada. Żied li kien ukoll se jagħmel tariffa addizjonali ta’ 10% għaċ-Ċina sakemm il-Gvern Ċiniż iwaqqaf il-kuntrabandu tad-droga sintentika fentanyl mill-pajjiż.
Jekk Trump iwettaq dawn il-miżuri, mistenni li se jkun hemm eskalazzjoni kbira ta’ tensjoni mat-tliet l-akbar msieħba kummerċjali tal-Amerika.
Dawn it-tariffi ġodda jidher li se jkunu qed jiksru l-ftehim dwar il-kummerċ bejn l-Istati Uniti, l-Messiku u l-Kanada. Dan il-ftehim, li Trump bidlu f’liġi, daħal fis-seħħ fl-2020 u jinkludi l-kummerċ ħieles mit-tariffi bejn it-tliet pajjiżi ġirien.