Time magazine għażlet lill-President Elett Donald Trump bħala l-persuna tas-sena 2016. Huwa ngħata dan it-titlu hekk kif irnexxielu jirbaħ l-elezzjoni fi żmien li l-Amerka bħal donnha kienet indeċiża u ma kinitx qed tistenna dan ir-riżultat.
L-editur tat-Time, Nancy Gibbs, qalet li qatt ma rajna persuna li tkelmet u mexxiet kampanja differenti u ħalliet impatt fuq l-avvenimenti ta’ din is-sena daqs Trump. Hija qalet li din is-sena kienet l-aktar għażla faċli.
Hillary Clinton ikklassifikat fit-tieni post f’din l-għażla filwaqt li t-tielet ġew il-grupp Hackers li huma grupp ta’ persuni li rnexxilhom jidħlu fl-informazzjoni privata tal-Gvern, organizazzjonijiet, politikanti, personalitajiet kif ukoll ċittadini oħra.
Trump kien magħżul minn lista li kienet tinkludi l-President Russu Vladimir Putin, Nigel Farage u Beyonce fost oħrajn.