Il-President Amerikan Donald Trump faħħar lin-Nazzjonijiet Magħquda talli imponiet sanzjonijiet ġodda u iebsin fuq il-Korea ta’ Fuq.
Dan bħala rispons għat-testijiet b’missili ballistiċi, b’uħud mis-sanzjonijiet maħsuba biex iwaqqfu il-programm nukleari.
L-għan ta’ dawn is-sanzjonijiet huwa li l-importazzjoni tal-fjuwil fil-Korea ta’ Fuq tonqos b’disgħin fil-mija.
Fuq Twitter, Donald Trump kiteb li dawn is-sanzjonijiet huma xhieda li d-dinja trid il-paċi u mhux il-wewt. Iċ-Ċina u r-Russja, l-akbar sħab kummerċjali ta’ Pyongyang, ivvutaw favur ir-riżoluzzjoni.