Donald Trump iddikjara l-pożizzjoni tiegħu favur it-trattament tal-IVF u li jkun disponibbli għall-pubbliku.
Dan wara sentenza tal-Qorti ta’ Alabama fejn l-istess Qorti sostniet li embrijun iffriżat għandu l-istess drittijiet ta’ tfal u b’hekk persuni jistgħu jinżammu responsabbli talli jeqirduhom. Fid-dawl ta’ din is-sentenza mat-tlett kliniċi tal-IVF waqqfu t-trattament li joffru.
Trump huwa fost numru ta’ Repubblikani prominenti li ddistakkaw ruħhom minn dak li qalet il-Qorti ta’ Alabama. Fil-fatt, Trump sostna li l-istat ta’ Alabama għandu jsib soluzzjoni mmedjata għal dan.
Trump huwa l-kandidat favorit mill-kamp tar-Repubblikani sabiex jirbaħ in-nominazzjoni u jtellaq għall-Presidenza tal-Istati Uniti.
Nikki Haley li qed ittellaq kontra Trump għan-nominazzjoni tar-Repubblikani, għall-ewwel dehret li taqbel mas-sentenza msemmija madankollu wara sostniet li dan mhux minnu.