Il-kandidat għall-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti, u eks President, Donald Trump deher għall-ewwel darba, wara l-isparatura li laqtitu bi żbrixx f’widnejh.
Huwa deher fil-Konvenzjoni Nazzjonali tar-Repubblikani, b’faxxa ma’ widnejh.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Waqt din il-konvenzjoni, huwa uffiċjalment sar in-nominat għall-Partit Repubblikan.
JD Vance, senatur minn Ohio, huwa mistenni li jkun il-Viċi President li se jakkumpanja lil Trump, jekk huwa jiġi elett fil-White House.
Fil-passat, Vance kien kritiku ta’ Trump.