Ħwienet tal-kotba f’Malta u f’Għawdex mhumiex ilaħħqu mad-domanda għall-ktieb JOSEPH “ L-AQWA ŻMIEN GĦAL PAJJIŻNA GĦADU ĠEJ. SKS (Sensiela Kotba Soċjalisti) qalet d-domanda għal dan il-ktieb hija bla preċdent u biex tlaħħaq mad-domanda qed tkun bl-Istand tagħħha fl-attivitajiet pubbliċi li qed jindirizza l-Mexxej Laburista kull filgħaxija fil-bliet u rħula Maltin u Għawdxin.
F’dan il-ktieb il-Mexxej Laburista jaqsam mal-elettorat Malti u Għawdxi l-aktar ħsibijiet privati li kellu fuq it-tmexxija ta’ pajjiżna f’dawn l-aħħar erba’ snin li hu stess mexxa. F’ħamsin taqsima, Dr Muscat jgħid x’kien li nebbħu f’ħidmietu u kif, flimkien ma’ sħabu fil-gvern, ta prijorità lil ċerti oqsma u mhux lil oħrajn.
“Fl-ewwel fażi,” jgħid Joseph Muscat, “l-enfasi kienet fuq it-tkattir tal-ġid nazzjonali.” Din il-fażi tikkorrispondi mal-ħidma li saret bejn l-2013 u l-2017. Imbagħad ikompli: “Fit-tieni fażi, dik li nixtiequ nibdew fit-tieni leġislatura tagħna, l-enfasi se tkun fuq it-titjib fil-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd.
Il-Mexxej Laburista jittratta ir-relazzjonijiet mal-Kap tal-Oppożizzjoni, mal-Isqfijiet, mal-ġurnalisti, mal-għaqdiet u mal-Unjoni Ewropea u jitkellem dwar il-kategoriji tas-soċjeta’ inkluż it-tfal u ż-żgħażagħ, l-anzjani u l-persuni b’diżabbilità u kull xorta ta’ ħaddiema. Joseph Mucat jiżvela anedotti li seħħew tul din il-leġislatura li qed jidhru għall-ewwel darba f’dan il-ktieb.
JOSEPH: L-AQWA ŻMIEN GĦAL PAJJIŻNA GĦADU ĠEJ fih 360 paġna u qed jinbigħ €10.