Rapporti mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, l-OLAF, dwar l-eks Kummissarju Ewropew John Dalli, li ġie ppreżentat bħala evidenza fi proċeduri ta’ ħasil ta’ flus kontra ż-żewġt itfal ta’ Dalli, kellu dokumenti importanti neqsin.
Dan intqal hekk kif kompla kompliet il-kumpilazzjoni kontra Louise Dalli u Claire Gauci Borda, li flimkien ma’ erba’ barranin qed jiġu akkużati li ffrodaw diversi investituri u li kienu l-imħuħ wara l-operazzjoni finanzjarja illegali magħrufa bħala Ponzi.
L-erba’ barranin akkużati minn dak iż-żmien ’l hawn mietu.
Il-Prosekuzzjoni ddikjarat li se tikkuntattja lill-uffiċjali li kienu qed jieħdu ħsieb il-każ, biex ifittxu il-kjarifiċi dwar il-kwistjoni.