Eluf ta’ dokumenti kixfu kif il-kumpanija Uber ġriet wara diversi poltiċi biex tiskappa l-ġustizzja u sabiex tiġbor appoġġ u tirbaħ swieq ġodda fl-iqsar żmien.
Huma jagħtu dettalji dwar l-għajnuna estensiva li Uber kisbet minn mexxejja bħal Emmanuel Macron u l-eks-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea.
F’dak iż-żmien, Uber, mhux biss kienet waħda mill-kumpaniji fid-dinja li qed tikber b’rata mgħaġġla, iżda kienet waħda mill-aktar kumpaniji kontroversjali, b’kawżi fil-Qorti anke ta’ allegazzjonijiet ta’ fastidju sesswali u bi skandli ta’ ksur ta’ data. Dan kollu, kien wassal sabiex il-kap ta’ dak iż-żmien, kien ġie mkeċċi fl-2017.
Il-metodi li użat il-kumpanija Uber kienu magħrufa li ma kinux wisq etiċi, u anke li forsi użaw metodi bla ħniena. Madankollu, issa, għall-ewwel darba, dawn id-dokumenti jagħtu ħarsa ġewwiena li turi sa fejn waslet sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha.
L-Uber saħqet li l-imġiba tagħha fil-passat ma kinitx konformi mal-valuri preżenti u li llum hija kumpanija differenti.