Dokumentazzjoni ġdida dwar l-istorja tal-produzzjoni tal-melħ f’madwar 40 salini mxerrda ma’ Malta, għawdex u Kemmuna ġiet ippublikata.
Il-ktieb ta’ madwar 30 paġna bl-isem ta’ ‘Salt Pans in Malta’ inkiteb minn Pauline Dingli li bdiet l-imħabba tagħha għas-Salini meta kienet studenta Universitarja u minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni li kien hemm dwar is-Salini kienet ħasset il-bżonn li tippublika studju dwaru.
L-awtriċi tkellmet ukoll dwar kif b’dan il-ktieb tixtieq li jixxerred iktar is-sinjifikat tagħhom għall-wirt kulturali ta’ pajjiżna filwaqt li tiprovdi pjattaforma ta’ informazzjoni dwar is-Salini ta’ pajjiżna. Hija spjegat lii “Għandna dokument li jgħid kemm il produzzjoni kif kienet kemm is salini kif kienu kemm huma hofor fil-blat u kemm huma mibnija mil ingieniera tal-Kavallieri u tal-Maltin li bdew jikkupjaw bħalhom.”
Fost bosta informazzjoni, il-ktieb juri kif għal mijiet ta’ snin il-ħidma fis-salini kienet waħda mil-industriji ewlenin fil-gżejjer Maltin. Tant hu hekk li l-Kavallieri ta’ San Ġwann kienu jesportaw il-melħ Malti fil-kontinent Ewropew.
“Il-Kavallieri minn hawn kienu jesportawh il-melħ. Fl-Ewropa l-aqwa kien ta’ Venezia u ta’ Malta kien jikkompeti sew miegħu. Kemm bħala l-kulur abjad, kemm bħala aċidita, kemm bħala toghħma. Malta dejjem kellna wieħed mill-aqwa melħ”, sostniet Dingli.
L-awtriċi waslet ukoll fehmita dwar kif il-melħ u l-40 salini f’Malta għandu jintuża kemm għal ikel u tisjir hekk kif ukoll għal skopijiet kulturali u turistiċi.