Id-dokumentarju ‘The Giant Deep Reds’ ta’ Chris u Maurice Micallef kompla jikseb l-unuri f’festivals internazzjonali.
Fl-Indja, id-dokumentarju ngħata premji bħala l-aħjar film, l-aħjar dokumentarju, l-aħjar film dwar in-natura u l-ħajja fis-selvaġġ u l-aqwa trailer.
Dan id-dokumentarju ġie vvutat ukoll bħala l-aħjar produzzjoni fil-Wonderland International Film Festival fl-Awstralja, u fin-Nature Without Borders International Film Festival fl-Istati Uniti.
Kisbiet oħra ġew irreġistrati f’kompetizzjonijiet tal-films li saru fil-Kanada, fir-Republika Ċeka, fl-Indonesja, fl-Israel, fil-Ġappun, fil-Filippini, fl-iSlovakja, f’Singapore, fl-Isvezja, fit-Turkija u fl-Istati Uniti.
Il-premji miksuba kienu għall-aħjar direttur, l-aħjar muntaġġ viżiv, l-aħjar trailer, l-aħjar ċinematografija, l-aħjar dokumentarju, l-aqwa plot għat-Televizjoni, l-aqwa produzzjoni, il-Jury Choice Award, l-aqwa skript tat-televiżjoni, l-aħjar film edukattiv u l-aħjar film dwar il-ħajja fis-selvaġġ.
Sa issa. The GIANT DEEP REDS rebaħ mija u erbatax-il premju internazzjonali.