Dokumentarju fuq il-perjodu medjevali f’pajjiżna magħmul minn Chris u Maurice Micallef kiseb bosta premjijiet prestiġjużi fl-‘IMDb Top Shorts Film Festival 2019’ li sar fl-Istati Uniti x-xahar li għadda.
Dan hekk kif id-Dokumentarju bl-isem ta’ ‘The Normans’ kiseb il-premju bħala l-aħjar dokumentarju u l-aħjar trailer. Id-dokumentarju kiseb ukoll 4 premjijiet oħra fl-ONIROS film Festival fl-Italja.
F’dan il-festival id-dokumentarju ngħata l-premjijiet għall-aqwa produttur, l-aqwa trailer, l-aqwa kostumi u l-aqwa film storiku.
Dan id-dokumentarju mhux l-ewwel produzzjoni ta’ Chris u Maurice Micallef hekk kif b’kollox huma rebħu 251 premju kemm lokali, kif ukoll minn festivals internazzjonali għall-produzzjonijiet tagħhom.
Id-dokumentarju ‘The Normans’ għandu produzzjoni minn CMM Productions, B.E.D. (Brand Expo Design) u ONE GROUP.