Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja,Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Roderick Galdes, għamel żjara lil Happy Paws, klinik tal-annimali fil-Marsa.
Waqt iż-żjara huwa introduċa kampanja biex toħloq kuxjenza dwar klieb li jitħallew fis-sħana tal-karozza speċjalment matul il-jiem sħan tas-Sajf.
Il-kampanja bl-isem ‘Dogs die in hot cars’ kienet ispirata mill-fatt li d-dipartiment tal-ħarsien tal-annimali jintalab jassisti f’każijiet fejn klieb jitħallew fil-karozza fis-sħana tas-Sajf.
Galdes spjega li kwarta hija biżżejjed biex kelb li jitħalla f’karozza f’temperaturi għoljin, jagħtih heat stroke.
Fl-aħħar snin f’ Malta kellna medja ta’ bej 15 u 25 każ f’kull sena li fiha l-animal welfare intalab jassisti immedjatament biex isalva kelb f’karozza.
Il kampanja se tkun ibażata fuq tliet aspetti: kif għandek tidentifika heat stress f’kelb, x’għandek tagħmel u kif għandek tiprevjeni heat stroke.
Se jkun hemm ukoll in numru 1717 f’każ ta’ bżonn.