Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-futsal Gabriel Dobre għażel skwadra ta’ 15 il-plejer għal kamp ta’ taħriġ li se isir din il-ġimgħa segwit minn turnament fil-Kroazja aktar tard dan ix-xahar.
Dan il-kamp ta’ taħriġ kif ukoll it-turnament fil-Kroazja se jkunu qed jgħinu lil din l-skwadra fil-preparazzjoni tagħha għal partiti ta’ kwalifikazzjoni ewropeja li t-tim nazzjonali Malti għandu f’April li ġej.
Il-poloz ta’ din il-kwalifikazzjoni ser jitilgħu nhar il-Ħamis li ġej bil-partiti jintlagħbu bejn il-8 u t-17 t’April ta’ din is-sena.
L-skwadra magħżula hija din:-
Goalkeepers – Clint Mifsud, and Brandon Debono.
Outfield players – Celino Alves, Michael Borg, Andre Cachia, Giancarlo Sammut, Andre Ciancio, Steven Camilleri, Mark Zammit, Maicon Da Silva, Andy Mangion, Karl Luke Schembri, Cleaven Portelli, Marrwan Telisi, Collin Sammut.
Ritratt: Joe Borg