DNCE u Jonas Blue ġejjin hawn Malta għall-Isle of MTV.
DNCE huwa grupp mużikali li żgur mhux forsi bosta segwaċi li fil-passat kienu fanatiċi tal-Jonas Brothers, mingħajr dubju jafu lill-kantant Joe Jonas. Dan il-grupp mużikali tela’ sew fil-klassifika tal-mużika bil-kanzunetta ‘Cake by the Ocean’ fejn saħansitra s-sena l-oħra ngħataw il-premju ta’ “Best PUSH Artist” waqt l-MTV EMA’s.
Il-grupp ħareġ album lura f’Novembru tal-2016 imsemmi għall-isem tal-grupp, DNCE, fejn il-kanzunetti ma damux ma saru fost il-favoriti ta’ dan iż-żmien mas-segwaċi tagħhom. Fosthom insibu l-kanzunetta Toothbrush u kif ukoll Body Moves.
Għall-kunċert ta’ din is-sena se jkun qed jagħti spettaklu mill-isbaħ id-DJ famuż mondjali, Jonas Blue li spara fil-klassifika tal-mużika s-sena l-oħra bil-kanzunetta Fast Car. Hu biegħ madwar sitt miljun kanzunetta. Hu kompla s-suċċessi tiegħu bil-kanzunetti Perfect Strangers u By Your Side.
Ftit tal-ġimgħat ilu tħabbar ukoll li flimkien ma’ dawn l-artisti se jkunu qed jingħaqdu The Chainsmokers.