Id-DNA ta’ bnedmin estinti tista’ tiġi miksuba mis-sedimenti ta’ għerien, anke jekk ma jkunx hemm fdalijiet ta’ skeletri.
Riċerkaturi Ġermaniżi sabu materjal ġenetiku f’kampjuni tas-sedimenti li nkisbu minn sitt siti arkeoloġiċi.
Il-fdalijiet ta’ bnedmin li kienu jgħixu eluf ta’ snin ilu huma vera skarsi, għalekk din is-sejba interessanti jaf tkun ta’ għajnuna biex tiġi stabbilita l-identità ta’ min kien jgħix f’dawn is-siti, fejn fihom kull ma nstabu huma artefatti.