Mument emozzjonanti hekk kif 21 tifla li nħatfu mill-grupp Islamiku, Boko Haram fil-belt Niġerjana, Chibok iltaqgħu u ingħaqdu lura mal-familjari tagħhom.
Waqt din iċ-ċerimonja, waħda mill-bniet qalet li rnexxilhom isalvaw għal erbgħin ġurnata sħaħ mingħajr ikel u ħarbu l-mewt minn tal-inqas darba.
Għalissa għadu mhuwiex ċar kif il-ħelsien kien innegozjat, iżda uffiċjal qal li għaddejjin t-taħdidiet biex aktar bniet ikunu meħlusa. Mill-mitejn, sitta u sebgħin studenta maħtufa f’April tal-elfejn u erbatax, mija sebgħa u disgħin għadhom irrapurtati nieqsa.
Dan hu l-mument meta dawn it-tfajliet ltaqgħu mal-Viċi President Yemi Osinbajo.
https://www.youtube.com/watch?v=ttMr1XO7fNM