It-tennista Novak Djokovic inkiteb biex jilgħab fl-Australian Open. Dan minkejja li għad hemm inċertezza dwar jekk il-viża hux se terġa’ tiġi kkanċellata mill-Gvern.
Djokovic tniżżel li se jkun qed jilgħab wara li kien hemm xi dewmien.
Kelliem għall-Ministru tal-Immigrazzjoni, Alex Hawke, qal li xorta qed jikkunsidra li jirrevoka l-viża ta’ Djokovic.
Djokovic ma tħallix jidħol fil-pajjiż il-ġimgħa li għaddiet wara li ma kellux it-tilqim neċessarju. Dan hekk kif hu argumenta li kien pożittiv ftit xhur ilu, fejn aktar tard ħareġ li waqt li kien pożittiv xorta ħareġ u mar avvenimenti.