It-tennista Novak Djokovic ġie deportat mill-Awstralja dalgħodu fuq titjijra minn Melbourne għal Dubai.
Dan wara li aktar kmieni l-Qorti Federali Awstraljana ddeċidiet kontra l-appell tas-Serb milli jkollu l-viża tiegħu rrevokata.
Fl-ewwel reazzjonijiet tiegħu għal din id-deċiżjoni Djokovic esprima li huwa ddiżappuntant, iżda minkejja kollox huwa aċċetta din id-deċiżjoni.
Ġeneralment, deportazzjoni tfisser li l-persuna ma tkunx tista’ tidħol fl-Awstralja għal perjodu ta’ tliet snin, madankollu għadu mhux ikkonfermat jekk hux il-kas għal Djokovic.