Heritage Malta għandha f’idejha djarju li jmur lura mija u ħamsin sena ilu.
Dan id-djarju huwa ta’ żewġ tfajliet Ingliżi, li ġew f’pajjiżna fis-sena elf mien mija, tnejn u sebgħin u fih deskrizzjoni ta’ pajjiżna f’dan iż-żmien.
ONE News tkellem mal-Kuratur tal-Mużew Marittimu Liam Gauci, li qal kif fid-djarju jissemmew ukoll picnics li kienu jagħmlu f’postijiet bħall-Qrendi u l-Imqabba, u anke mawriet sal-Belt Valletta.
Qal, “Is-sabiħ tiegħu, dan id-djarju, apparti l-kitba hemm dawn it-tpingijiet żgħar li jagħtu kulur ta x’kien qed jiġri dak iż-żmien, qed nitkellmu madwar 150 sena ilu.”
Id-djarju juri kif it-turiżmu mhuwiex xi ħaġa li bdiet issa, iżda jmur anke għal dan iż-żmien meta Malta kienet maħkuma mill-ħakma Ingliża.
Hawn Gauci semma xi ħaġa oħra li kieku l-qarrej tal-lum isib relatabbli mmens.
Spejga, “Ukoll jitkellmu dwar l-erbgħin ġurnata kwarantina li għamlu qabel ma’ daħlu f’Malta, allura wkoll niftakru li ħafna affarijiet ma jinbidlux, iżda jerġgħu jirrepetu ruħhom.”