Qtates li jiġru fit-triq fil-Furjana issa jistgħu jistkennu mill-elementi. Dan hekk kif il-Kunsill Lokali tal-Furjana ħoloq numru ta’ djar tal-kenn ikkuluriti sabiex jitgawdew minn dawn il-qtates. Jidher li dawn id-djar qed jintlaqgħu sew hekk kif jidher li l-qtates diġà bdew jagħmlu użu minnhom.
Huma bosta li faħħru dan il-ġest nobbli hekk kif peress li qed joqorbu x-xhur tax-xitwa, dawn il-qtates kienu jispiċċaw jistkennu taħt xi karozza bil-periklu li jitilgħu f”xi magna iżda issa minflok jagħmlu użu minn dawn id-djar.