Qed jiġi rrappurtat diżgwid diplomatiku bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, hekk kif dan tal-aħħar ma jridx jagħti l-istat diplomatiku sħiħ lill-ambaxxatur tal-Unjoni Ewropea f’Londra.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Ingliż qal li dan m’għandux ikollu l-privileġġi u l-immunità li jingħataw lill-ambaxxaturi skont il-Konvenzjoni ta’ Vjenna, li toħloq il-preċedent li diplomatiċi barranin ikunu trattati bħala rappreżentanti ta’ stat.
Jekk ir-Renju Unit jibqa’ ma jagħtix dan l-istat lill-ambaxxatur Ewropew, dan ma jkunx jista’ jippreżenta l-kredenzjali tiegħu lir-Reġina, bħal kapijiet diplomatiċi oħra.
Ritratt: PA Media