Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron qed jippersisti li kull deċiżjoni relatata mal-istatus tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea għandha tkun sospiża sa ma jilħaq Prim Ministru ġdid – dan jinkludi l-Presidenza Ewropea.
Dan hu punt li fuqu il-Mexxejja Ewropej mhumiex jaqblu u għaldaqstant it-tieni sessjoni ta’ diskussjonijiet li qed issir bħalissa għadha għaddejja.
Il-Prim Ministru Ingliż il-ġdid mistenni jilħaq f’Settembru li ġej.
Ir-Renju Unit hu skedat jieħu l-Presidenza fit-tieni nofs ta’ 2017, iġifieri eżatt wara Malta.
Malta diġa għamlitha ċara li ma tixtieqx iġġedded it-terminu tagħha. F’ każ li l-Estonia ma tkunx lesta tieħu t-terminu sitt xhur qabel, il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li pajjiżna lest jieħu tlett xhur hu u tlett xhur l-Estonia.
https://www.youtube.com/watch?v=ZHmJYa5EiiA