Il-Konfederazzjoni Maltija tal-organizzazzjonijiet dwar drittijiet tan nisa esprimiet id-diżappunt tagħha għad-deċiżjoni li ttieħdet mill-Awtoritá tal-Mediċini, li l-morning-after pill qatt m’għandha tinbigħ mingħajr riċetta tat-tabib.
Din l-organizazzjoni fissret kif in-nisa f’Malta għandhom jingħataw id-dritt li jkollhom għażla differenti tal-morning-after pill u li dawn ikunu jistgħu jmorru fi spiżerija u jixtruha mingħajr preskrizzjoni sabiex in-nisa jkunu jistgħu jieħdu l-kontrol ta’ ħajjithom u saħħithom.
Din il-konfederazzjoni tiġbor flimkien 12-il organizazzjoni lokali, u għandha 24,000 membru. MCWO hija wkoll membru tal-European Women’s Lobby.