Għax-xahar tal-Milied bħala rigal għat-telespettaturi mingħand DBA Entertainment u ONE, se tkun qed tixxandar edizzjoni speċjali tas-serje televiżiva Division 7.
Dan l-episodju se jkun twil siegħa u nofs.
Fl-episodju tal-lejla t-telespettaturi se jkunu qed isiru jafu aktar dwar il-ħajja ta’ Franġisku dwar meta ġie mqabbad biex joqtol.
Se jkunu qed jitgħallmu x’għamel Franġisku fejn it-telespettaturi se jaraw ħafna żvolti f’ħafna stejjer ta’ bosta karattri differenti.
Il-ġimgħa d-dieħla se jkun qed jintwera l-aħħar episodju, t-tnax-il episodju li se jidher fuq ONE għal din is-sena fejn is-serje se terġa’ tirritorna lura bi 12-il episodju fl-20 ta’ Jannar.