Ittella’ b’suċċess is-suq tal-Milied mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop li din is-sena ngħata l-isem ta’ “Gigantic.”
Dan is-suq li beda minn nhar is-Sibt u li ntemm propju l-Ħadd filgħaxija ġibed lejh numru kbir ta’ persuni u familji sabiex flimkien jesperjenzaw dak li kellha x’toffri din l-attività f’ambjent festiv.
Is-suq din is-sena ngħata xeħta differenti mis-snin preċedenti, hekk kif fi ħdanu ttellgħu madwar 60 stand differenti li fost oħrajn biegħu affarijiet minn artiġġjana Maltin u li kienu magħmulin bl-idejn.
Is-suq offra wkoll numru ta’ esebizzjonijiet tal-arti li jvarjaw minn presepju ħaj għal tiżjin li żewwaq lir-raħal kollu.
Il-Ħadd filgħodu crew ta’ ONE News, żar dan is-suq fejn hemmhekk ħadna l-kummenti minn wħud ta’ persuni li għażlu jattendu bi ħġarhom.
“Kien tajjeb ħafna morna tajjeb ħafna, jiġifieri lanqas bsart ir-rispons li ħa jiġu daqshekk nies, jiġifieri tajjeb ħafna”.
“L-atmosfera vera sabiħa ma tistax tkun isbaħ milli hi u peress li ilna norganizzawhom dawn l-affarijiet minħabba l-covid u hekk allura l-atomsfera iktar marret ‘il quddiem.”
“Hawn ħafna affarijiet magħmulin bl-idejn li naħseb jiena fl-opinjoni tiegħi m’hawnx isbaħ minnhom, issa looking forward li nieklu xi ħaġa għax naqra frisk ukoll imma hawn sabiħ ħafna.”
Tkellimna wkoll ma’ persuni li kienu l-imħuħ wara numru ta’ esebizzjonijiet u reċti waqt din l-attività.
“Bażikament bħala Kirkop peagent xtaqna inwasslu l-messaġġ tal-Milied u allura għamilna pegeant ibbażata fuq ir-rgħajja ta’ dak iż-żmien. Qed jirrakkontaw l-istorja nista’ ngħid li lbieraħ morna tajjeb iġifieri ġew over 400 nies li jiġu u jarawna allura kien għalina ta’ suċċess”.
“Jisimha ‘sejjieħ u lil hinn’ hija arti bejn astratt u semi astratt fejn għandek sett ta’ pitturi li huma relatati ma’ sejjieħ u għandek sett ta’ pitturi li huma relatati mal-modern.”
Slitna wkoll kumment tas-Sindku tal-lokalità Terence Agius li tenna –sodisfazzjon tiegħu għal attività suċċess oħra grazzi wkoll għal parteċipazzjoni tal-pubbliku.
“Attività ta’ suċċess “gigantic” b’suċċess, l-akbar sodisfazzjon li wieħed jieħu wara dawn ix-xhur kollha ta’ preparazzjoni. Nistgħu ngħidu li lbieraħ in-nies ikkonkorew u ikkonkorew bi ħġarhom u dalgħodu wkoll qed naraw konkorrenza sabiħa.”