Ħaddiema tas-salvataġġ għaddejjin bi tfittxija għal nies li nqabdu fit-tifrik fil-belt Niġerjana ta’ Lagos, wara li ġġarrfet binja ta’ tnejn u għoxrin sular waqt li kien qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni.
Minn tal-inqas erba’ persuni mietu u għexieren oħra ġew irrappurtati nieqsa.
Filmati u ritratti minn fuq ix-xena tal-inċident juru tifrik u metall mal-art, fejn sa issa ġew salvati erba’ persuni.
Għadu mhux magħruf x’ikkawża dan l-inċident jew kemm hemm persuni maqbuda.
L-awtoritajiet ħatru investigazzjoni dwar dan il-każ.