Minn tal-inqas tmien persuni nqatlu u għexieren oħra ndarbu fuq barra ta’ grawnd fejn kienet qed tintlagħab logħba futbol tat-Tazza Afrikana fil-Kamerun.
Filmati juru ġemgħat kbar ta’ nies u partitarji li kienu preżenti għal-logħba jiġu mgħaffġa min-nies stess ħdejn il-gradi tad-dħul għall-grawnd ta’ Paul Biya fil-kapitali Yaounde.
Xhieda fuq il-post iddeskrivew xeni kaotiċi biswit il-grawnd meta eluf ta’ partitarji ppruvaw joħorġu f’daqqa.
Mit-38 persuna li ndarbu, sebgħa jinsabu f’qagħda kritika.
Fost il-fatalitajiet hemm minuri.