Id-delitt tal-blogger Daphne Caruana Galizia nissel diversi reazzjonijiet minn esponenti ewlenin fix-xena Politika lokali.
Hawn taħt hawn uħud minn dawn ir-reazzjonijiet.
Permezz ta’ stqarrija l-Malta Youth Press kkundannaw bla riservi dan l-attakk barbaru, il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Sostnew li l-MYP tinsab iddispjaċuta b’din l-aħbar.
Qalu kif dan l-inċident mhuwiex biss attakk personali iżda wkoll huwa attakk fuq il-liberta’ tal-espressjoni, kull min jaħdem fil-midja kif ukoll fuq id-demokrazija. Sostnew li pubblikament jikkundannaw dan l-attakk fuq is-Sinjura Daphne Caruana Galizia u fuq id-dritt tal-kelma. L-istqarrija temmet b’messaġġ ta’ kondoljanzi lill-familja u ħbieb tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia.