Illejla għall-ħabta tas-sebgħa u nofs, il-Pulizija se tressaq diversi persuni l-Qorti akkużati bi ħtif ta’ persuna, arrest illegali u serq, fost oħrajn.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-każ seħħ nhar il-Ġimgħa li għadda fir-Rabat.
Skont rapporti fil-midja lokali, f’dan il-każ kienu nvoluti ħamest irġiel, fejn ħatfu raġel ġo vann u ttieħed f’Raħal Ġdid.
Intqal kif l-irġiel għandhom bejn il-21 u s-26 sena.
Dan ir-rapport jgħid ukoll kif il-vittma ħarab minn ġol-vann u mar fl-eqreb għassa tal-pulizija biex jagħmel rapport.
Intqal kif il-ħames akkużati huma kollha riċedivi.
L-akkużati se jitressqu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea.