Minn tal-inqas għoxrin persuna mietu kawża ta’ terremot li heżżeż il-provinċja ta’ Balochistan fil-Pakistan.
L-awtoritajiet qalu li n-numru ta’ vittmi jista’ jiżdied għaliex ħafna spiċċaw taħt strutturi li ġġarrfu.
Ħafna mill-vittmi huma nisa u tfal.
Fuq il-post għaddejjin l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ biex jgħinu lil mijiet oħra li ndarbu f’dan it-terremot b’qawwa ta’ ħamsa punt disgħa fuq l-iskala Richter.
Mijiet ta’ djar u binjiet iġġarrfu kompletament jew saritilhom ħsara kbira, biex ħallew lil ħafna bla saqaf fuq rashom.