Diversi persuni sfaw maqtula f’sensiela ta’ sparaturi li għadhom kif seħħew fi stabbiliment tad-divertiment f’Jacksonville, Florida, fl-Istati Uniti.
Għexieren ta’ persuni oħra qed jingħataw il-kura fi sptar fil-viċinanzi, u l-Pulizija qed tħeġġeġ lil kulħadd, inkluż membri tal-midja biex jevitaw iż-żona.
Fuq Twitter, il-Pulizija ta’ Jacksonville qalet li l-persuna maħsuba li kienet il-moħħ wara dan l-attakk sfat maqtula, iżda għadu mhux magħruf jekk hemm xi suspettati oħra.
Rapporti fil-midja qed jgħidu li l-isparaturi seħħew waqt sensiela ta’ logħob virtwali fi stabbiliment popolari għal dan is-settur.
**IMPORTANT** If you are hiding in The Landing. Call 911 so we can get to you. #TheLandingMassShooting https://t.co/qBJvkaO7xT
— Jax Sheriff’s Office (@JSOPIO) August 26, 2018