Minn tal-inqas għaxar persuni ndarbu wara li karozza saqet fuq folla nies waqt parata tal-karnival fil-Ġermanja.
Il-pulizija Ġermaniza qed iżomm s-sewwieq tal-vettura li daħlet fuq din il-folla nies, iżda s’issa għadu mhux magħruf x’kien il-motiv wara dan l-inċident.
Rapporti Ġermaniżi qalu li hemm tfal feruti f’dan l-inċident.
L-inċident seħħ fil-villaġġ ta’ Hesse, fil-Lvant tal-Ġermanja, fejn fuq il-post hemm diversi ambulanzi u pulizija biex jistabblixxu d-dinamika ta’ dan il-każ.
Dan il-każ ġara ftit inqas minn ġimgħa wara raġel spara u qatel 10 persuni f’Hanau.