Oriġinat fir-Renju Unit, tiġi ċċelebrata l-għada tal-Milied f’diversi pajjiżi u għal bosta hija festa pubblika. Il-Boxing Day.
Lura għas-seklu 19fir-Renju Unit l-imgħallem sinjur kien jagħti kaxxa mimlija affarijiet bħala rigal tal-Milied lis-sefturi tiegħu. Din il-kaxxa kienet tissejjaħ ‘Christmas Box’ u minn hawn beda l-użu tal-kelma boxing day.
Tradizzjoni oħra li għenet fl-isem ta’ ‘boxing day’ hija dik li fil-parroċċi tal-irħula, l-għada tal-Milied kienet tinfetaħ kaxxa ta’ donazzjonijiet miġbura minn nies ta’ dik l-istess paroċċa, lill-foqra. F’din il-ġurnata jitfakkru dawk il-persuni li huma fil-bżonn u l-importanza tal-għoti ta’ flus għall-karità.
F’Katalunja, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Olanda, il-Polanja, ir-Rumanija, l-Islovakkja u fl-Iskandinavja, il-boxing day titqies bħala t-tieni ġurnata tal-Milied. Fir-Renju Unit din hija bank holiday.
Iżda għal pajjiżi oħra fosthom il-Kanada u l-Awstralja l-boxing day hija magħrufa għax-xiri u l-iskontijiet fuq il-prodotti, fejn eluf ta’ persuni jimlew il-ħwienet sabiex jakkwistaw xi ħaġa irħas mis-soltu.
F’din il-ġurnara l-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tal-martri San Stiefnu.