Minn tal-inqas 32 persuna mietu u għexieren oħra ndarbu fil-Greċja, wara li ħabtu żewġ ferroviji.
Il-każ seħħ it-Tlieta filgħaxija, meta ferrovija b’madwar tliet mija u ħamsin passiġġier abbord laqtet ferrovija tal-merkanzija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Waħda mill-karreġġjati nkisret għal kollox u ħadet in-nar.
Il-ħaddiema tas-salvataġġ għamlu lejl fuq ix-xena tal-inċident viċin il-belt ta’ Larissa.
Dan huwa l-aktar inċident b’ferrovija li ħalla vittmi fil-Greċja fl-aħħar snin.