Il-provvista tal-elettriku ġiet lura għan-normal għall-klijenti kollha affetwati, fi żmien 50 minuta. Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent.
Dan kien l-aħħar aġġornament tal-Enemalta, wara li dalgħodu diversi lokalitajiet spiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku għal ftit minuti, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu.
Kollox jindika li rriżultaw problemi tekniċi fin-netwerk tal-Enemalta.
Il-qtugħ ta’ dawl ma kienx mal-pajjiż sħiħ u għalkemm l-inġiniera qed jistabbilixxu x’ġara, kelliem għall-Enemalta qal li l-ewwel prijorità kienet li kulħadd ikollu l-provvista lura.Kif filfatt ġara f’ħafna lokalitajiet fi ftit minuti.
Għall-għajnuna teknika, wieħed mistieden iċempel fuq 80072224.