Fuq il-midja soċjali diversi persuni qed jilmentaw dwar it-traskuraġni ta’ xi wħud li qed jarmu l-maskri u l-ingwanti fejn ġie ġie.
Mindu faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19, il-konsum ta’ dawn iż-żewġ prodotti spara ‘l fuq sabiex ikunu jistgħu jiproteġu lilhom infushom minn dan il-virus.
Kienu diversi li appellaw sabiex inkunu ressponsabbli anke f’dawn iż-żminijiet li wieħed irid ikun b’seba’ mitt għajn sabiex jevita li jlaqqat il-Coronavirus.
Ritratt: Patricia Mizzi