Diversi persuni li għandhom għal qalbhom it-teknoloġija nnutaw kif l-ismartphone l-ġdid tad-ditta Motorola, ‘Motorola P30’ huwa identiku għall-aħħar smartphone tal-Apple, ‘iPhone X’ li ħareġ f’Settembru tas-sena li għaddiet.
Diversi kritiċi kkummentaw kif il-‘Motorola P30’ għandu l-istess affarijiet bħal l-‘iPhone X’, bl-unika ħaġa differenti hija dik li għandu fingerprint scanner fuq wara tal-ismartphone filwaqt li l-‘iPhone’ m’għandux.
Lenovo, il-kumpanija responsabbli mill-mowbajls Motorolla ma kkummentat xejn dwar il-kritika li qed tirċievi dwar dan il-prodott il-ġdid.
Il-Ħamis, il-kumpanija Lenovo ħabbret li għamlet telf fl-ewwel kwart tas-sena kkumparat ma’ sena ilu.
Dan l-mowbajl se jkun qed jinbiegħ fiċ-Ċina, filwaqt li mhuwiex magħruf jekk il-‘Motorola P30’
se jinbiegħ f’pajjiżi oħra.