Festa ta’ kuluri, festa għat-tfal.
Is-Sibt kompla r-renju tal-bluha fil-Belt Valletta għall-Karnival ta’ Malta.
Diversi tfal qalulna x’kostumi libsu l-ġmiel tagħhom.
Diversi ġenituri, li ma qagħdux lura milli jilbsu xi kostum, spjegaw magħna li għalkemm ma setgħux igawdu din il-festa ta’ kuluri u bluha bħas-soltu, xorta waħda kellhom iċ-ċans li jerġgħu jitpaxxew bil-karrijiet statiċi li intramaw madwar il-Belt.
Il-familji li tkellmu ma dan l-istazzjon qalu li issa qed iħarsu ’l quddiem għal Karnival ieħor bħal ta’ żmien qabel il-pandemija, f’Mejju li ġej.
Intant diversi bliet u rħula madwar Malta u Għawdex twaħħlu diversi installazzjonijiet Karnivaleski, biex il-Maltin u l-Għawdxin mhux biss iduqu l-prinjolata, iżda jieħdu togħma ta’ dak li se jsir f’Mejju li ġej.