Illum il-Kunsilliera Nazzjonalisti qegħdin jivvutaw dwar il-futur ta’ Adrian Delia bħala Kap Nazzjonalista. Dan wara li wassal lill-partit Nazzjonalista għall-ikbar żewġ telfiet elettorali.
Spikka is-silenzju ta’ uħud mid-deputati Nazzjonalisti li għażlu li ma jgħidux jekk huwiex se jivvutaw favur Delia.
Fost il-viċi kap Nazzjonalista Robert Arrigo li ma riedx jgħid jekk għandux fiduċja f’Delia. Lanqas il-Whip Robert Cutajar ma ried jekk huwiex favur l-kap tiegħu u jekk huwiex se jivvota favurih biex jibqa’ Kap.
Min-naħa tiegħu d-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li huwa se jivvota biex Adrian Delia jibqa’ Kap.
Intant, Adrian Delia kellu jindirizza l-kunsilliera Nazzjonalisti nofs siegħa qabel jibdew jivvutaw.
Il-Partit Nazzjonalista ħareġ sejħa għal media li Adrian Delia se jindirizza l-Kunsill Ġenerali fid-9:30, nofs siegħa qabel jitfgħu l-vot tagħhom l-kunsilliera.
Iżda Adrian Delia ma tfaċċax fid-Dar Ċentrali qabel l-10:15, b’Adrian Delia indirizza l-Kunsill Ġenerali tlett kwarti tard.