Anzjani li jattendu Ċentri għall-Anzjanità Attiva fil-Mosta u ż-Żurrieq ħadmu bil-qalb fuq rigali bl-idejn li taw lill- Fondazzjoni Puttinu Cares għat-tfal rikoverati fl-isptar Sir Anthony Mamo.
Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva, Michael Farrugia faħħar inizjattivi bħal dawn u l-għajnuna min-naħa ta’ Puttinu, u li inizzjattiva simili ta’ din għandha ssir fiż-żmien li ġej.
“Fil-jiem li ġejjin se jkollna l-opportunità li naraw xi ħaġa bil-kontra, fejn it-tfal se jkunu qed jgħaddu forma ta’ rigali lill-anzjani. Dan is-settur tal-anzjanita attiva se nkomplu ntuh iktar importanza għax persważ li jgħin il-kooperazzjoni li wieħed jifhem, l-anzjani jifhmu t-tfal u t-tfal jifmu l-anzjani” saħaq il-Ministru Farrugia.
Il-Ministru żied jgħid li din is-sena kienet waħda diffiċli speċjalment għall-anzjani, u għalhekk wera s-sodisfazzjoni tiegħu għal inizzjattivi bħal din li tħeġġeġ l-anjanità attiva.
Min-naħa tagħha, l-Viċi President ta’ Puttinu Cares, Angele Cuschcieri irringrazzjat kull min ħadem għal din l-inizzjattiva u tennet li tinstab verament sodisfatta bil-ferħ kbir li ħassu l-pazjenti ċkejknin meta rċivew ir-rigali tagħhom.