Il-kumpanija Disney ħarġet film qasir li fih karattru ewlieni ta’ żagħżugħa plus size. Minħabba f’hekk il-kumpanija ġiet mfaħħra minħabba li fatt li rapreżentazzjoni bħal din ma jidhrux ta’ spiss fuq it-televiżjoni.
Il-film juri li ż-żeffiena żagħżugħa tiżfen il-ballet u minkejja l-isfidi kollha li taffaċċja, hi kunfidenti għalkemm tgħix f’dinja li tradizzjonalment hija iffukata fuq l-immaġini. Hemm parti mill-film li turi kif iż-żeffiena tal-ballet titgħallem tegħleb il-biżgħat u d-dubji tagħha dwar ġisimha billi tuża l-qlubija, is-saħħa emozzjonali tagħha, u ssib il-fiduċja tagħha tul it-triq.
Il-film jismu Reflect u huwa parti mit-tieni sensiela ta’ Short Circuit. Immexxi minn Hillary Bradfield, li hija animatur li ħadmet ukoll fuq produzzjonijiet enormi bħal Encanto u Frozen 2, il-film qasir huwa disponibbli biex jarah fuq Disney+ .