Il-kumpanija Disney kritika qawwija talli l-ġbid tal-film Mulan sar f’partijiet fiċ-Ċina fejn il-Gvern Ċiniż huwa akkużat b’abbużi serji ta’ drittijiet umani fihom.
Fil-credits tal-film Disney jirringrazzjaw lill-aġenzija tas-sigurtà tal-Gvern tal-provinċja ta’ Xinjiang fejn madwar miljun persuna, il-maġġoranza Musulmani ġew miżmuma.
Dan il-film diġà kien jinsab fil-mira ta’ bojkot wara li l-attriċi prinċipali appoġġjat ripressjoni fuq dimostranti ta’ Hong Kong.
Il-Gvern Ċiniż qal li l-kampijiet tad-detenzjoni f’Xinjiang kienu neċessarji sabiex itejbu s-sigurtà tal-post.