Illum il-Gvern u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci iltaqgħu mar-rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni tal-Arti u d-Divertiment fejn għaddejjin diskussjonijiet biex jitfassal metodu tat-triq ’il quddiem għall-industrija tad-divertiment u l-arti b’mod responsabbli u b’mod li ma tiġix ipperikolata s-saħħa tal-poplu.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li hu u anki l-Ministru Josè Herrera kellhom laqgħat u rrimarka li kien hemm xniegħat li sal-aħħar kwart ta’ din is-sena mhu se jiġri xejn.
F’dan il-kuntest, Chris Fearne talab lin-nies biex jimxu ma’ aħbarijiet uffiċjali milli ma kitbiet fuq facebook li jittieħdu bħala vanġelu.