Fi stqarrija, il-Kurja qalet li s-Sixth Forms tal-Kulleġġ De La Salle u tal-Kulleġġ San Alwiġi ser inkomplu bid-diskussjonijiet mal-awtorijiet tal-Edukazzjoni u l-bord tal-MATSEC. Dan fid-dawl, tal-għeluq tal-iskejjel sal-aħħar ta’ din is-sena skolastika minħabba l-pandemija tal-Coronavirus.
Il-Kurja fl-istqarrija kompliet tgħid li ladarba dawn id-diskussjoni jintemmu se tkun qed tiġi ddeterminata u ppublikata d-deċizzjonijiet tal-Kulleġġi rispettivi dwar id-dħul f’dawn il-kulleġġi għas-sena skolastika li jmiss, li tibda f’Settembru li ġej.
Il-Kurja qalet lill-pubbliku sabiex jagħti ż-żmien meħtieġ biex dawn l-istituzzjonijiet edukattivi jirrispondu għas-sitwazzjoni preżenti bl-aktar mod ġust u fl-interess ta’ kulħadd.